Tista’ tiċċekkja l-għadd ta’ jiem li għad fadallek li tista’ toqgħod fit-territorju tal-pajjiżi Ewropej li jużaw l-EES permezz tal-għodda online tal-EES, li tista’ ssibha:
- fuq din il-paġna web (bħalissa mhux disponibbli)
- meta tuża t-tagħmir installat f’xi fruntieri esterni
Meta tikkonsulta l-għodda online tal-EES, se tirċievi informazzjoni dwar jekk id-dħul tiegħek huwiex permess (“OK” jew “not OK”), kif ukoll informazzjoni dwar l-għadd ta’ jiem li għad fadallek li tista’ toqgħod fit-territorju tal-pajjiżi Ewropej kollha li jużaw l-EES.
Tista’ wkoll titlob din l-informazzjoni lill-uffiċjali tal-kontroll tal-passaport fil-fruntieri esterni.